Futbol Sport

Tħassib dwar il-bejgħ tal-biljetti għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet

Il-preparazzjoni għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet li se ssir bejn Ġunju u Lulju miexja ġmielha, iżda hemm tħassib dwar il-bejgħ tal-biljetti, hekk kif sa issa inbiegħu parti minnhom biss. Ir-Russi ammettew in-nuqqas ta’ interess li hemm f’din il-kompetizzjoni li sservi bi tħejjija għat-Tazza tad-Dinja li se ssir is-sena d-dieħla.

Id-deputat Prim Ministru Vitaly Mutko kkonferma li hemm tħassib dwar il-bejgħ tal-biljetti, hekk kif sa issa inbiegħu 200,000 biljett filwaqt li huma riedu 700,000 biljett. Mutko kompla jgħid li se jiftħu l-uffiċini għal bejgħ tal-biljetti madwar il-pajjiż fid-19 ta’ April, fejn jittamaw li s-sitwazzjoni titjieb minn dakinhar.

Il-logħbiet tat-Tazza tal-Konfederazzjoni se jintlagħbu f’San Pietroburgu, Sochi, Kazan u Moska. Il-kompetizzjoni tibda f’Kazan fis-17 ta’ Ġunju u tintemm bil-finali f’San Pietroburgu fit-2 ta’ Lulju.

Tags