Ambjent Lokali

Filmat: Tigra twelled f’pajjiżna – Lana ssir omm

Tigra tar-razza Bengal iktar kmieni llum welldet ferħ fl-Arka ta’ Noe – razzett privat li jinsab fis-Siġġiewi. Il-ferħ ta’ tigra hu frott xhur twal ta’ ħidma li wasslu biex l-omm, Lana, tgħammret ma’ tigra oħra tar-razza Siberian.

Għalkemm it-tigri Bengal huma l-iktar sottospeċi ta’ tigri numerużi fid-dinja, fl-2011 kien ikkalkulat li madwar id-dinja wieħed isib biss 2,500 tigra ta’ dan it-tip u sena qabel it-tigra Bengal tniżżlet bħala speċi fil-periklu ta’ estinsjoni.

Fortunatament, din l-aħbar wasslet għal ħidma biex il-popolazzjoni tiżdied mill-ġdid. Hu kkalkulat li sal-2016, il-popolazzjoni tat-tigri Bengal telgħet għal madwar 3,890.