Futbol Sport

John Terry jieħu deċiżjoni fuq il-futur tiegħu

Id-difensur Ingliż John Terry ħa deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, hekk kif Chelsea ħabbru li Terry se jħalli l-klabb fi tmiem l-istaġun. Id-difensur għamel id-debutt tiegħu mal-Blues fl-1998 u lagħab 713-il logħba mal-liders tal-Premier League, filwaqt li għandu r-rekord tal-aktar plejer li mexxa lil Chelsea bħala captain b’total ta’ 578 logħba.

F’dan l-istaġun, Terry ftit lagħab taħt Antonio Conte, u l-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu kompliet tikber. Terry li llum għandu 36 sena, rebaħ  erba’ kampjonati, l-FA Cup ħames darbiet, tliet darbiet il-League Cup, iċ-Champions League fl-2012 u l-Europa League sena wara.

F’kummenti wara li ħarġet l-aħbar, Terry qal li għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni dwar l-istaġun li ġej, iżda qal li kien iffukat biex jgħin lil Chelsea jirbħu kampjonat ieħor.