Karrozza b’persuna ġo fiha, waqgħet għal isfel fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa. Fil-post waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanzi kif ukoll membri mir-Rapid Intervention Unit li bdew bil-ħidma ta’ salvataġġ.
Mill-informazzjoni li għandna l-karrozza hi Peugeot 206 sewda u qabel waqgħet nies fil-post qalulna li raw il-karrozza għaddejja b’veloċità qawwija.
sfortunatament jidher li r-raġel miet.
Aktar dettalji dalwaqt.