Sport Sport Ieħor

Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Ewropej tal-Blackball għat-tim Malti ta’ taħt it-23 sena

It-tim Malti ta' taħt it-23 sena tal-Eight Ball

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena, ilbieraħ ħalla lil Malta lejn Bridlington l-Ingilterra fejn il-federazzjoni Maltija tal-Eight Ball se tikkompeti bil-Kampjonati Ewropej tal-Blackball.

It-tim kompost minn Matthew Zammit, Miguel Amato, Clint Zammit, Leon Azzopardi, Ben Schembri, Lee Ryan Darmanin u Alessio Magro se jkun qiegħed ixejjer il-bandiera Maltija ma’ 11-il pajjiż ieħor, fejn l-aqwa talent Ewropew fil-Blackball jissokta. It-tim se jkun immexxi minn Lino Lauro.

Il-Federazzjoni Maltija tibgħat it-tieni kontinġent il-ġimgħa d-dieħla meta t-tim tal-Irġiel ikun qed jipparteċipa fit-tieni ġimgħa ta’ dawn il-Kampjonati hekk prestiġjuzi, fejn aktar minn 700 kompetitur minn madwar l-Ewropa se jkunu qed jissieltu għall-aqwa unuri.