Sport Sport Ieħor

Parteċipazzjoni f’San Marino għat-tim nazzjonali tal-Weightlifting

It-tim ta’ weightlifters li se jikkompetu f’San Marino

Fi tmiem din il-ġimgħa, it-tim nazzjonali tal-Weightlifting magħmul minn Kieran Mifsud, Kyle Micallef, Matthew Camilleri, Yazmin Zammit Stevens u Elisia Scicluna, se jipparteċipaw fil-kampjonati tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f’San Marino.

L-iskwadra se tikkompeti kontra timijiet oħra magħmula minn tliet irġiel u żewġ nisa, bil-pajjiżi jkunu l-Iżlanda, Monaco, San Marino, Ċipru u l-Lussemburgu. Huma se jikkompetu wkoll fl-Open ta’ San Marino kontra timijiet bħas-Slovenja, l-Italja, il-Ġermanja, il-Bożnja u l-Iżvizzera.

Minkejja li l-kompetizzjoni tidher li hi diffiċli, it-tim Malti qed jistenna riżultati pożittivi u jittama li jtejjeb fuq il-midalja tal-bronż li kisbu s-sena l-oħra. Il-President tal-assoċjazzjoni Jesmond Caruana se jkun qed imexxi t-tim filwaqt li se jattendi wkoll il-kungress elettorali tal-ESN. Ramona Borg ntgħażlet biex tkun waħda mill-uffiċjali tekniċi tal-kampjonat.