Sport Sport Ieħor

Diżappunt għal Duncan Micallef

Diżappunt għan-numru wieħed tad-drag racing lokali Duncan Micallef f’Santa Pod.

Duncan Micallef kellu l-ewwel provi tiegħu qabel il-Kampjonat tad-Drag Racing tal-Ewropa li għandu jsir aktar tard din is-sena.

Fi tmiem il-gġimgħa it-tim kellu jbiddel l-magna minħabba tnixxija taż-żejt meta l-magna kienet qiegħda tiġi msaħħna.

It-tim għamel xogħol f’waqtu u l-magna ġiet mibdula fil-ħin biex kollox kien lest għal-ewwel ħarġa. Wara biss 0.55 ta’ sekonda Duncan Micallef kellu jaqta il-gas minħabba tyre shake.

Wara din it-tieni problema it-tim iddeċieda li jwaqqaf il-provi f’din il-prova.

L-esperjenza barra pajjiżna għal Duncan Micallef ser tkun fi tmiem il-ġimgħa tas-27 u it-30 Mejju f’ Santa Pod fl-Ingilterra meta ser jikkompeti fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat tad-Drag Racing tal-Ewropa.