Sidien ta’ ħanut tal-merċa f’Birżebbuġa bdew il-ġurnata vittmi ta’ serqa, b’raġel jinqabad fuq kameras tas-sigurtà jieħu flus mill-cash register.
Kien għall-ħabta tas-06:30 li raġel ta’ nazzjonalità Afrikana, iżda li l-identità tiegħu għad mhix magħrufa, apporfitta inn mument li fih l-impjegati tal-ħanut warrbu miinn ħdejn il-cash register.
Hu jidher idaħħal idu fil-cash register u joħroġ karta tal-flus wara l-oħra, iħares biex jara li ħadd mhu qed jinduna b’dak li kien għaddej u daħħal il-flus fil-but qabel ħareġ il-barra.
Fuq il-midja soċjali qed isir appell biex min jagħraf lill-ħalliel jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija, anke jekk b’mod anonimu.
//= $special ?>

