Meta mistoqsi minn ġurnalist dwar din il-kumpanija il-Ministru Chris Fearne ħassu skomdu, u minflok irrisponda jekk jemminx lil Joseph Muscat, irrepeta dak li qal il-Prim Ministru lbieraħ.
NET News staqsa lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne – lil liem Joseph Muscat jemmen? Dak li fi Frar qal li t-tielet kumpanija fl-iskandlu tal-Panama hi ta’ Brian Tonna? Jew dak li lbieraħ qal li ma jafx ta’ min hi?
F’xahrejn – minn Frar sa Apil – il-Prim Ministru Joseph Muscat biddel il-fehma tiegħu dwar min hu s-sid tal-kumpanija Egrant, u filfatt kkontradixxa kliemu stess. Issa, anke l-Ministri tal-Gvern ta’ Joseph Muscat ma weġbux għad-domandi ta’ NET News, u minflok irrispondew il-mistqosija qed jirrepetu d-diskors ta’ Muscat.
Id-dikjarazzjoni ta’ Chris Fearne issegwi wkoll id-dikjarazzjoni ta’ Chris Cardona lbierah… li qal li ddeskriva l-istorja dwar l-identità tas-sid veru tal-kumpanija sigrieta ‘Egrant’ bħala “gidba” minkejja li l-identità għadha ma ġietx żvelata.
Ara x’qal Joseph Muscat għall-mistoqsijiet ta’ NET News:
//= $special ?>FILMAT: Muscat: “Ma nafx ta’ min hi Egrant”… jheddidna b’libell