Kunsilli Lokali Lokali

AĠĠORNATA: Iridu li jsir parkeġġ fil-Mosta, iżda ma jafux jekk issirx ħsara lir-Rotunda

Il-Kunsilliera Laburisti qalu li m'għandhomx informazzjoni jekk issirx ħsara lill-Knisja tar-Rotunda tal-Mosta li kieku kellu jsir dan il-proġett tal-parkeġġ

Il-Kunsilliera Laburisti tal-Mosta qegħdin jappoġġjaw u vvutaw favur li jsir parkeġġ taħt l-art biswit il-Knisja tal-Mosta – iżda fl-istess ħin ma għandhomx l-informazzjoni dwar jekk isir dan ix-xogħol hux se jipperikola l-Knisja tar-Rotunda.

Meta l-Minority Leader Laburista Alex Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet, ftit il-metri l-bogħod mill-Knisja tar-Rotunda tal-Mosta – ma rrispondiex il-mistqosija ta’ NET News, jekk hu jerfax ir-responsabbilta’ kieku kellha issir ħsara fuq il-Knisja tar-Rotunda:

Minkejja li ma rrispondix il-mistqosija ta’ NET News, Alex Muscat ikkonferma li minkejja li huma sejħu konferenza stampa fil-parkeġġ biswit il-Knisja tal-Mosta, u stqarru pubblikament li huma favur li jsir dan il-parkeġġ – il-Kunsilliera Laburisti kkonfermaw li dawn m’għandhomx il-fatti f’idejhom, dwar li kieku kellu jsir dan il-proġett issirx ħsara lill-Knisja tar-Rotunda tal-Mosta.

Sadanittant is-Sindku tal-Mosta, Ivan Bartolo tkellem dwar mozzjoni mressqa mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, b’maġġoranza Nazzjonalista.