Il-kumpanija Hearnville ta’ Konrad Mizzi u Tillgate ta’ Keith Schembri għadhom miftuħin. Dan ikkonfermah l-awditur irtirat Godfrey Leone Ganado waqt intervista fil-programm NET LIVE tal-bieraħ.
Leone Ganado stqarr illi “sa filgħodu ż-żewġ kumpaniji kienu għadhom miftuħin”, filwaqt li Egrant ġiet likwidata fil-bidu tax-xahar.
Interessanti ukoll l-informazzjoni ġdida li ġiet żvelata fl-istess programm dwar il-manuvri ta’ Brian Tonna biex iwaqqaf kumpaniji għal personalitajiet famużi fl-azjenda tal-enerġija SOCAR tal-Ażerbajġan.
“Jien mit-tfittxija li għamilt skoprejt li Brian Tonna waqqaf żewġ kumpaniji bl-isem Plash Ltd. u Plash Trading Ltd. li fihom hemm persuni mis-SOCAR. Wieħed minnhom huwa speċjalista mas-SOCAR filwaqt li l-ieħor huwa inġinier ewlieni”.
Dawn iż-żewġ kumpaniji twaqqfu f’Awwissu 2016.
//= $special ?>