L-agressur ta’ 27 sena li attakka xufier tal-linja, allegatament wara argument fuq biljett tal-linja li jiswa’ €1.50, se jitressaq il-Qorti akkuat li ħebb għalih u kkawżalu ġrieħi gravi.
Sadattant fuq Facebook iż-żagħżugħ irrisponda għall-kritika li qed issirlu b’post mimlija tgħajjir u intimidazzjoni lejn ix-xufier, li ddeskrivieh bħala psikopatiku. Saħansitra tella’ ritratt tal-istess xufier, fejn jidhru wkoll xi tfal.
Komplew joħorġu wkoll diversi ritratti tal-istess żagħżugħ fejn fost l-oħrajn jidher mus, waqt li oħtu qed tinfexx f’tgħajjir u attakki lil kull min qed jixxerja l-istorja ta’ dak li seħħ.



