Fi Brno fir-Repubblika Ċeka ġie fi tmiem it-Tournamentr għall-EU nations Junior Boys WaterPolo Cup.
It-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt 17 il-sena immexxi minn Karl Izzo u Anthony Farrugia temm l-impenji fil-ħames post wara li ddomina għal kollox u rebaħ lil Awstrija 22 – 9
L-impenji tat-tim Malti fetħu biż-żewġ partiti minn Grupp D fejn mir-rebħa fuq il-Fillandja 27 – 5 f’partita miftuħa għal kull riżultat it-tim Malti safa’ megħlub 11 – 8 mill-Iżvizzera.
Fir-round ta’ wara mir-rebħ ta’ 21 – 11 fuq il-Litwanja it-tim Malti ftit tħabat sabiex rebaħ u elimina lill-Iskozja 30 – 6 sabiex għadda għal partita għal ħames post kontra l-Awstrija mirbuħa 22 – 9
Il-kompetizzjoni intrebħet mill-Afrika t’Isfel li fil-finali għelbu lil Ingilterra 8 – 6 filwaqt li fil-finali għat-tielet post l-Iżvizzera għelbu lir-Repubblika Ċeka 8 – 7
Fattur pożittiv għat-tim Malti kien li Jacob Sciberras rebaħ l-unur tal-aqwa scorer tal-kompetizzjoni.
//= $special ?>