Lokali

Mara ġġarrab ġrieħi serji wara li waqgħet it-taraġ f’residenza privata

Mara kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li sofriet xi ġrieħi hekk kif waqgħet ġewwa residenza privata. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.00pm fi Triq Ċensu Muscat, fin-Naxxar, meta l-vittma ta 62 sena għal xi raġuni mhux magħrufa waqgħet it-taraġ.

Fuq il-post issejħet immedjatament għall-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara l-isptar.

Aktar tard hija ġiet ċertifikata li kienet qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.