Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab f’paniku kbir, hekk kif wara li lbieraħ heddidna b’libell, illum, fil-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, appella għall-kalma.
Viżibilment skomdu, Muscat appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex jikkalma, anke fid-dawl ta’ dak li qed jingħad li jista’ jiġi żvelat fis-siegħat li ġejjin.
Nhar is-Sibt li għadda, l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qalet li saret taf min hu s-sid tat-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama, u li se tkun qed tiżvela dan matul din il-ġimgħa. Hi qalet ukoll li għandha informazzjoni li għaddew somom kbar ta’ flus minn kumpanija ta’ persuna politika fl-Ażerbajġan lill-kontijiet marbutin mal-kumpaniji Hearnville Inc, Tillgate Inc u Egrant Inc. Hearnville Inc u Tillgate Inc huma tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rispettivament. It-tnejn li huma fetħu libelli kontra l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Segwi l-mod li bih heddidna lbieraħ il-Prim Ministru hawn taħt.
//= $special ?>