Fil-ġranet li għaddew it-tim Nazzjonali Malti tat-Tennis ħa sehem fir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza Davis.
It-tim Malti magħmul minn Matthew Asciak, Denzil Agius , Omar Sudzuka u Benjamin Farrugia kiseb żewġ rebħiet ta’ 2 – 1 kontra l-Iżlanda u l-Albanija filwaqt li safa megħlub 1 – 2 mill-Maċedonja u mill-Moldovja.
Matthew Asciak li rebaħ il-partiti tas-singles għal Malta u strumentali fir-rebħiet kontra l-Iżlanda u l-Albanija jqis il-parteċipazzjoni bħala waħda pożittiva.
L-impenn li jmiss għat-tennis Malti huwa 50 ġurnata oħra fl-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-istati Żgħar tal-Ewropa f’San Marino.
It-tim Malti għat-Tazza Davis kellu lil Steve Caruana bħala captain
//= $special ?>