Lokali

Reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-PN.

L-imsieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD kellhom reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ambjent elenkati fid-dokument Kwalità ta’ Ħajja Aħjar Għalik.

Dan wara li waqt laqgħa twila aktar minn sagħtejn mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, saritilhom preżentazzjoni mix-Shadow Minister Marthese Portelli dwar il-puntri ewlenin tad-dokument.

Fi tmiem il-laqgħa, Net News ħa r-reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali li kollha faħħru l-proposti u l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ambjent.

Dawn ir-reazzjonijiet pożittivi juru kemm anke mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed ikun pro-attiv u l-proposti konkreti dwar l-ambjent li ħarġu mill-Konvenzjoni Idea Ambjent u mill-konsultazzjoni wiesgħa qed jintlaqgħu tajjeb.