Internazzjonali

Theresa May tħabbar elezzjoni ġenerali għat-8 ta’ Ġunju

Il-Prim Ministru Theresa May

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, ħabbret li se ssir elezzjoni ġenerali f’pajjiżha fit-8 ta’ Ġunju.

L-aħbar ittieħdet b’sorpriża permess li Downing Street, proprju x-xahar li għadda, kien qal li ma kellhiex issir elezzjoni bikrija.

Min-naħa tagħha Theresa May qalet li teħtieġ li ssir elezzjoni issa għaliex partiti Britanniċi oħrajn qed jopponu l-pjani tal-Gvern għall-Brexit. Hi kompliet li l-elezzjoni ta’ Ġunju hi meħtieġa biex il-pajjiż jaċċerta minn tmexxija soda u stabbli ħalli jgħaddi mill-proċess tal-Brexit u jiffaċċja l-futur tiegħu. May anki esprimiet l-intenzjoni biex tibqa’ taħdem skont il-pjan għal Renju Unit aktar b’saħħtu u biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa għal futur aktar fis-sod.