Sport Sport Ieħor

Tiġrijiet taż-Żwiemel – Suċċess għal Michael Sultana fl-Olanda

Il-jockey Malti Michael Sultana temm l-ewwel u t-tieni f’żewġ tiġrijiet ewlenin tal-galopp fl-Olanda (Ritratt: Gina Vlaemynck)

Fi tmiem il-ġimgħa l-jockey Malti Michael Sultana kellu prestazzjoni memorabbli fil-korsa ta’ Dundigt fl-Olanda. Hu rnexxielu jtemm l-ewwel u t-tieni f’żewġ tiġrijiet ewlenin tal-galopp.

Sultana temm rebbieħ bid-debba Franċiża Zinaida fuq distanza ta’ 2000m u t-tieni b’Lazy Sioux li hi proprjetà tal-istess Sultana u ta’ John Borg. Din it-tieni tiġrija saret fuq 1300m. Ċertament dawn it-tiġrijiet komplew jagħtu lil Sultana aktar esperjenza internazzjonali.

Iż-żwiemel li saq Sultana huma imħarrġa minn Anneke Hendriks.