Ernesto Valverde mhux se jibqa’ jmexxi lil Athletic Bilbao la darba jintemm dan l-istaġun.
Din l-aħbar tkompli żżid l-ispekulazzjoni li Valverde se jmexxi lil Barcelona fl-istaġun li ġej wara li Luis Enrique ħabbar hu stess li mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim Katalan.
Tim ieħor interessat f’ Valverde hu dak ta’ Sevilla. Dawn bħalissa m’humiex ċerti jekk il-kowċ tagħhom Jorge Sampaoli hux se jibqa’ jmexxihom minħabba li jista’ jagħti l-każ li jaċċetta offerta mingħand l-FA Arġentina li qed tfittex kowċ ġdid wara li riċentament tkeċċa Bauza.
Jidher li Juan Carlos Unzue, l-assistent ta’ Valverde, se jkun il-persuna li se jinħatar bħala kowċ li jmiss ta’ Bilbao.
//= $special ?>