Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, bagħat messaġġ biex jifraħ lill-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan, għar-rebħa li hu għamel fir-referendum tal-Ħadd, li taċċertah minn poteri eżekuttivi akbar. Dan seħħ b’kuntrast assolut għat-tħassib tal-Ewropej li jinkwetaw li r-rebħa ta’ Erdogan qed tikxef differenzi kbar fis-soċjetà Torka.
Erdogan ċaħad il-kritika tal-medjaturi internazzjonali, li qalu li hu ‘ingħata spinta minn kampanja li ma kenitx ugwali għal kulħadd’. Dan meta l-partit ewlieni tat-Turkija fl-Oppożizzjoni qed jappella biex ir-riżultat tar-referendum ikun iddikjarat invalidu.
Il-bidliet fit-tmexxija tat-Turkija għandhom ikunu introdotti qabel l-elezzjonijiet għall-Presidenza u l-Parlament tal-pajjiż, li għandhom isiru f’Novembru tal-2019. L-istess bidliet se jagħmlu mit-Turkija repubblika presidenzjali simili għall-Istati Uniti u Franza, filwaqt li kapaċi jippermettu biex il-President Erdogan ikompli fil-poter sal-2029.
Ir-rebħa minima għal Erdogan fir-referendum kienet ikkonfermata mill-entità elettorali tat-Turkija minkejja li l-Oppożizzjoni Torka indikat ‘ħafna irregolaritajiet’. It-Turkija, issa, estendiet l-istat ta’ emerġenza attwali f’artha għal tliet xhur oħra u meta l-miżura – li kienet introdotta wara l-kolp ta’ stat fallut tas-sena l-oħra – suppost li kellha teskadi fi kwistjoni ta’ sigħat.
Fl-aħħar ħinijiet, il-Kummissjoni Ewropea sejħet biex it-Turkija tmexxi ‘investigazzjoni trasparenti’ dwar l-allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet matul ir-referendum. Il-kelliema għal Brussell sostnew li ‘it-Turkija għandha tikkunsidra l-passi li jmiss b’attenzjoni kbira’.
//= $special ?>