Internazzjonali

Eluf jipprotestaw kontra l-Gvern tas-Slovakkja

Iridu lill-Prim Ministru Fico jwarrab minħabba akkużi ta' korruzzjoni

Il-Prim Ministru Soċjalista Robert Fico qed jiffaċja kriżi enormi f’pajjiżu wara li eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw kontrih fi Bratislava. In-nies qed jorganizzaw dawn id-dimostrazzjonijiet fis-Slovakkja minħabba r-rabtiet li għandu Fico ma’ negozjanti li jinsabu investigati dwar frodi fit-taxxa.

Din hija l-akbar dimostrazzjoni kontra l-Gvern tas-Slovakkja minn mindu Fico ħa l-poter fl-2012.

Robert Fico jmexxi l-partit SMER li jifforma parti mis-Soċjalisti Ewropej.

Il-protesti fis-Slovakkja isegwu dimostrazzjonijiet simili li saru dan l-aħħar fir-Rumanija u l-Ungerija.