Matul is-snin, l-ewwel rebbieħa tal-Eurovision Song Contest, Lys Assia tagħżel l-aktar għoxrin kanzunetta li taħseb li huma l-aħjar fost is-sottomissjonijiet kollha ta’ dik is-sena. Għal sena oħra, Lys Assia ħabbret il-lista tal-aħjar għoxrin kanzunetta ta’ din is-sena u l-kanzunetta ‘Breathlessly’ tar-rapreżentanta Maltija Claudia Faniello tinsab f’din il-lista.
L-ewwel għoxrin kanzunetta skont Lys huma dawn:
1. Italy
2. Portugal
3. Belġju
4. Awstrija
5. Ir-Renju Unit
6. San Marino
7. Svizzera
8. Franza
9. Awstralja
10. Danimarka
11. Armenja
12. Republika Ċeka
13. Maċedonja
14. Kroazja
15. Ungerija
16. Netherlands
17. Malta
18. Bulgarija
19. Russja
20. Irlanda
Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Lys awgurat lill-kantanti kollha li se jikkompetu din is-sena iżda għamlet referenza speċjali lejn il-kantant Taljan Francesco Gabbani għas-sottomissjoni tiegħu, speċjalment wara li pprevediet li t-Taljan se jkun qed jirbaħ il-Eurovision Song Contest 2017.
Lys rebħet il-Eurovision Song Contest tal-1956 bil-kanzunetta Refrain meta kienet qed tirrapreżenta lill-iSvizzera.
//= $special ?>