Kurżitajiet Lokali Mużika

EUROVISION: Malta fost l-aħjar 20 fil-lista ta’ Lys Assia

Lys Assia, ir-rabbieħa tal-Eurovision tal-1956
Lys għamlet referenza speċjali lejn il-kantant Taljan Francesco Gabbani għas-sottomissjoni tiegħu, speċjalment wara li pprevediet li t-Taljan se jkun qed jirbaħ il-Eurovision Song Contest 2017.

Matul is-snin, l-ewwel rebbieħa tal-Eurovision Song Contest, Lys Assia tagħżel l-aktar għoxrin kanzunetta li taħseb li huma l-aħjar fost is-sottomissjonijiet kollha ta’ dik is-sena. Għal sena oħra, Lys Assia ħabbret il-lista tal-aħjar għoxrin kanzunetta ta’ din is-sena u l-kanzunetta ‘Breathlessly’ tar-rapreżentanta Maltija Claudia Faniello tinsab f’din il-lista.

L-ewwel għoxrin kanzunetta skont Lys huma dawn:

1.    Italy

2.   Portugal

3.   Belġju

4.   Awstrija

5.   Ir-Renju Unit

6.   San Marino

7.   Svizzera

8.   Franza

9.   Awstralja

10. Danimarka

11.  Armenja

12.  Republika Ċeka

13.  Maċedonja

14.  Kroazja

15.  Ungerija

16.  Netherlands

17.  Malta

18.  Bulgarija

19.  Russja

20.  Irlanda

Il-post ta’ Lys fuq il-profil ta’ Facebook

Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Lys awgurat lill-kantanti kollha li se jikkompetu din is-sena iżda għamlet referenza speċjali lejn il-kantant Taljan Francesco Gabbani għas-sottomissjoni tiegħu, speċjalment wara li pprevediet li t-Taljan se jkun qed jirbaħ il-Eurovision Song Contest 2017.

Lys rebħet il-Eurovision Song Contest tal-1956 bil-kanzunetta Refrain meta kienet qed tirrapreżenta lill-iSvizzera.