Waqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti f’Tas-Sliema, hu wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jipproteġi lil kull min jista’ jikxef informazzjoni dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama.
Dan fost mistoqsijiet ġodda li qamu dwar ta’ min verament hi l-kumpanija Egrant, li ġiet likwidata fil-ġimgħat li għaddew. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella biex kull min għandu xi informazzjoni b’rabta ma dan il-każ għandu jersaq ‘il quddiem bl-informazzjoni.
//= $special ?>