Il-ġurnalist tal-BBC, Chris Packham mistenni jitressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex għada wara li ġie mixli li agredixxa żewġ nassaba f’Għawdex.
Permezz tas-sit Twitter, il-ġurnalist li huwa wkoll attivist favur il-konservazzjoni tal-għasafar qal li hu se jispiċċa l-qorti minħabba li rraporta lin-nassaba u li mhux veru li agredixxa lill-istes nassaba. Fil-filmat li tella’ fuq Twitter Packham qal li kien miżmum fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat Għawdex għal sagħtejn sħaħ.
Malta ! You point out suspected criminals to the police . . . and you end up in court ! Please RT and begin baking cakes ! #stoptheslaughter pic.twitter.com/HDBQ2ec6Qp
— Chris Packham (@ChrisGPackham) April 18, 2017
Packham diġà kien f’nofs kontroversji relatat mal-kaċċa u l-insib fil-gżejjer Maltin wara li xi ftit tas-snin ilu għamel dokumentarji bl-isem ta’ “Massacre on Migration”.
Packham mistenni jitressaq il-Qorti għada l-Ħamis fid-9AM.
//= $special ?>