Għawdex Kultura Lokali

Heritage Malta b’numru ta’ attivitajiet waqt ‘Science in the Citadel’

Matul il-ġurnata tas-Sibt, id-dħul fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella, fil-ħin li se tittella’ attività, id-dħul se jkun b’xejn.

Fit-22 ta’ April se tittella’ l-attività ‘Science in the Citadel’, fiċ-Ċitadella tar-Rabat Għawdex. Heritage Malta se tkun qed tipparteċipa f’din l-attività permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet oħra.

Filfatt, matul il-ġurnata tas-Sibt, id-dħul fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella, fil-ħin li se tittella’ attività, se jkun b’xejn. Il-mużewijiet huma l-Mużew tan-Natura t’Għawdex, il-Mużew tal-Arkeoloġija, id-Dar Storika Gran Castellou l-Ħabs il-Qadim.
Apparti l-opportunità li wieħed jidħol b’xejn f’dawn il-muewijiet, se jkunu qed jittellgħu wkoll diversi attivitajiet:

– Fil-Mużew tal-Arkeoloġija
11.00AM-12.00PM: Taħdita mill-arkeologu George Azzopardi dwar ix-xjenza arkeoloġika, ‘From clay to pottery: chemical transformation’

– Fil-Mużew tan-Natura t’Għawdex
12.00pm-1.00pm: Taħdita minn Paulo Lago, Project Manager tal-Life Arcipelagu Gamija, ‘The secretive life of the Yelouan Shearwater in the Maltese Islands’
1.00pm-2.00pm: Tour mill-ġeoloġista Jane Carr, ‘What has geology to do with you?’
2.00pm-3.00pm: Taħdita mill-konservatur anzjan u speċjalista fil-biodiversitá, Alfred Baldacchino, ‘Indigenous flora of Gozo’

– Fid-Dar Storika Gran Castello
4.00pm-5.00pm: Wirja u taħdita dwar in-naħal, il-produzzjoni tagħhom tal-għasel u l-benefiċċji tal-għasel għas-saħħa minn Adrian Bugeja Douglas, ‘The story of honey: its history, production and health benefits’

– Fil-Ħabs il-Qadim
Bord interattiva mit-Taqsima tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija, ‘Forensics – the application of science to law’

Apparti minn hekk, fl-uffiċċju ta’ Heritage Malta f’Għawdex se tkun qed tittella’ wirja ta’ xogħlijiet ta’ arti mill-Kulleġġ Għawdxi, ‘Science in the citadel through the eyes of a Gozitan child’ li se tibqa’ għaddejja sas-6 ta’ Mejju.

Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol fuq www.heritagemalta.org jew fuq il-paġna uffiċjali  ta’ Heritage Malta fuq Facebook.