Il-kumpaniji Hearnville tal-Ministru Konrad Mizzi u Tillgate taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri sat-Tlieta filgħaxija kienu għadhom juru li huma attivi. Dan ifisser li l-likwidazzjoni finali kienet għadha ma kinitx sottomessa fir-reġistru pubbliku. Dan il-fatt igiddeb dak li qal Keith Schembri li hu poġġa l-kumpanija Tillgate għall-likwidazzjoni f’Jannar 2017.
Godfrey Leone Ganado li hu awditur irtirat qal dan f’intervent li għamel waqt l-aħbarijiet ta’ Net News. Hu qal li wieħed irid jiddistingwi bejn kumpanija xolta u kumpanija likwidata u kumpanija f’likwidazzjoni.
Hu qal li meta kumpanija tkun likwidata din titpoġġa f’likwidazzjoni u hemm dokumenti li wieħed irid jiffirma u għalkemm hu talab li jingħata kopji awtentiċi ta’ dawn id-dokumenti li qatt ma dehru.
Hu spjega li meta wieħed jitfa’ kumpanija f’likwidazzjoni ikun appuntat likwidatur biex jillikwida lill-kumpanija, jiġbor il-flus li jkun għadhom pendenti u jħallas lil dawk li jkollu jħallas. Hu qal li meta dan isir, il-likwidtaur irid jagħmel rendikont ta’ dak li għamel u dan ikun awditjat ukoll imbagħad jippreżentah lill-benefiċċjarji biex japprovawħ u wara tkun xolta.
Dwar it-tliet kumpanija Egrant, Hearnville u Tillgate f’artiklu fuq is-sit ta’ Daphne Caruana Galizia intqal li għaddew loans fihom mill-Ażerbajan, Godfrey Leone Ganado qal li meta ssir transazzjoni u wieħed jgħid li għamel loan hi xi ħaġa magħrufa mal-awdituri. Hu qal li meta dawn wisq probabbli irċevew pagamenti minn kummissjonijiet huma qed jgħidu li dawn mhux kummissjonijiet imma huma self.
Imma wieħed jistaqsi self ta’ xhiex, għaliex kien hemm bżonn isir self, x’kien se jsir b’dak is-self, kien hemm xi proġetti, hemm xi ftehim bejnhom u bejn il-persuna li qed tagħmel is-self, x’inhu l-ammont tas-self, kif se jitħallas is-self u jekk hemmx interessi fuq dak is-self? Staqsa Godfrey Leoane Ganado.
Hu qal li jekk vermanet is-sena l-oħra lil dawn il-kumpaniji sellfuhom dawk il-flejjes kollha, meta sar l-audit ta’ Hearnville u Tillgate, fl-accounts ta’ dawn il-kumpaniji fejn huma l-flus, għax dawn suppost daħlu fil-balance sheet u fir-rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-kumpaniji. Imma fl-audit li ippreżentaw kemm il-Ministru Konrad Mizzi u anke Keith Schembri, m’hemmx xejn minn dan.
Għalhekk wieħed jistaqsi li hawn qed jippruvaw jagħmlu jigsaw puzzale biex jidħqu bin-nies jew qegħdin nieħdu lin-nies bis-serjetà temm Godfrey Leone Ganado.
//= $special ?>