Ġie kkonfermat li l-Malta International Airshow se ssir fit-23 u fl-24 ta’ Settembru 2017. Il-wirja statika se ssir f’Ħal Luqa filwaqt li l-wirja tal-ajru se terġa’ ssir fuq SmartCity Malta kmieni filgħaxija.
Diversi laqgħat bejn is-Soċjeta` Maltija tal-Avjazzjoni (MAS) u l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, kellhom eżitu pożittiv biex issa l-MAS, li hi għaqda volontarja, tista’ tikkonċentra bis-sħiħ fuq il-preparamenti għal din l-Airshow li se tkun il-25 edizzjoni konsekuttiva tal-avveniment.
Issa l-istennija għad-dilettanti hi biex ikunu jafu liema ajruplani se jkunu qed ifakkru il-25 darba li se jkun sar dan l-avveniment.
//= $special ?>

