Missier xehed fil-qorti kif l-inċident li seħħ f’Paqpaqli għall-Istrina sentejn ilu bidillu ħanut u ħajjet il-familja tiegħu għal dejjem; fmailja li llum qed tgħix trawma.
Din ix-xhieda ingħatat fil-kumpilazzjoni fil-proċeduri kontra Paul Bailey, ix-xufier tal-Porsche inovluta u l-kumitat organizzativ tal-avveniment.
L-Avukat Michael Grech, entużjażmat tal-karrozzi u mebru tal-Porsche Club Malta, xehed kif fl-4 ta’ Ottubru 2015 martu, bintu ta’ sitt snin u binhom ta’ tmienja marru miegħu fl-ajruport biex kien hemm ix-show.
Dwar l-inċident hu qal li sema’ ħsejjes ta’ karozzi jaħbtu u ra ħafna duħħan tiela’. Min-naħa fejn kien hemm amrtu u wliedu. Hu ġera għal fuq il-post fejn ra lil bintu mitlufa minn sensiha fl-art imdawra minn grupp ta’ persuni. Hi kienet mimlija demm ħiereġ minn rasha iżda kienet għadha qed tieħu n-nifs. Hu beda jfittex lil martu u fl-aħħar ra mara fl-art wara Porsche.
Din il-mara kienet martu li kienet feruta gravament għalkemm kienet f’sensieha biżżejjed biex issaqsi dwar bintha. Ix-xhud qal li martu u bintu damu xahar l-isptar. Martu sofriet feriti gravi u tinsab fil-periklu li titlef waħda minn saqajha. Wara ħamest ijiem fl-ITU it-tifla bdiet titkellem għalkemm għadha issofri minn diffikultajiet biex timxi u għandha komplikazzjonijiet mediċi.
L-Ispettur Silvio Magro xehed li dakinhar tal-inċident hu ma kien innota l-ebda possibbiltà ta’ inċidenti fis-sit fejn sar l-avveniment waqt li lanqas id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma nnotaw xi riskji għall-pubbliku.
Juan Pablo Siracusa, uffiċjal ta’ Mapfre Middlesea xehed li f’Settembru 2015 l-kumpanija ħarġet claim għall-avveniment favur il-Malta Community Chest Fund u Paqpaqli Productions. Il-kumpanija kienet sodisfatta bir-riskju inovlut u aktar minn kollox riedet tagħmel assigurazzjoni għal avveniment filantropiku.
//= $special ?>