Il-paniku fil-Partit Laburista qiegħed dejjem jikber tant li issa, f’temp ta’ tliet siegħat, reġgħu sejħulna għal konferenza tal-aħbarijiet oħra.
Fis-13:00, l-Partit Laburista kellhom konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministri Chris Cardona u Owen Bonnici. Il-ġurnalisti kienu msejħa biex issir difiża tal-kumpanija Egrant.
IL-PL ISEJJAĦ LILL-ĠURNALISTI…biex jiddefendi l-kumpanija ‘Egrant’
Issa, reġgħu sejħulna għal konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministri Edward Zammit Lewis u Owen Bonnici. Jiġifieri Owen Bonnici se jerġa’ jagħmel konferenza tal-aħbarijiet oħra.
Bejn l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet u t-tieni waħda kien hemm żvilupp wieħed: li Konrad Mizzi u Keith Schembri bdew jagħlqu l-kumpaniji sigrieti tagħhom fil-Panama b’urġenza dalgħodu.
Inżommukom aġġornati.
Ara s-sejħiet għall-media maħruġa mill-Partit Laburista llum:
//= $special ?>