Lokali

Rikonoxxuta bħala mexxejja żagħżugħa Ewropea

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan għall-Affarijiet Edukattiv u Kulturali rrikonoxxa lill-attivista Maltija Naomi Bugre bħala waħda mill-10 żgħażagħ mexxejja żgħażgħ fl-Ewropa.

Naomi Bugre ilha inovluta fl-attività soċjali sa minn meta kellha 16-il sena u llum tikkmpanja fuq diversi temi u hi studenta tal-liġi. Hi serviet bħala konsulenza għal diversi individwi u organizzazzjonijiet tal-gvern u politiċi f’Malta u fl-Ewropa fuq kwistjonijiet li jitrattaw il-minoritajiet, id-drittijiet umani, id-drittijiet tat-tfal u tar-refuġjati.

Il-kampanja ‘Redefining US, li Noami waqqfet tolqot lill-istudenti, għalliema u ċittadini Maltin u tiffoka fuq diskors ta’ mibgħeda u d-diviżjoni fis-soċjetà Maltija.

Naomi Bugre tuża l-esperjenzi tagħha ta’ diskirminazzjoni razzjali biex tagħti inizjattiva u teduka persuni oħra waqt li ssir bil-ħin tisma lil ħaddieħor u tesperjenza estejjer ta’ vittmi watq li tipprovdilhom spazju u pjattaforma għla danw l-istejjer.

Noami hi attiva f’diversi għaqdiet sudenteski fejn tippromwovi l-valuri tat-tolleranza u d-diversità. Riċentament hi kienet eletta Viċi-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.