Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda 10 plejers wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. L-aktar li marru ħażin kienu Balzan hekk kif Ryan Fenech ġie sospiż żewġ partiti u se jitlef il-logħob kontra Tarxien u Ħamrun filwaqt li Bruno Giglio de Oliveira ġie sospiż logħba, b’tal-aħħar se jitlef il-logħba kontra l-eks tim tiegħu Tarxien Rainbows. It-Tarxiniżi se jkollhom neqsin lil Julian Galea u Alex Nilsson li wkoll ġew sospiżi logħba.
Il-kampjonat ta’ Louis Rene Zome ntemm hekk kif ġie sospiż tliet logħbiet u se jitlef il-konfronti li Gżira għandhom kontra Floriana, Birkirkara u St. Andrews. L-assistent kowċ ta’ Floriana Salvatore Caleca ġie sospiż żewġ logħbiet filwaqt li Ryan Camenzuli ta’ Floriana, Sergio dos Anjos ta’ Ħamrun, Iraklis Roppas ta’ Pembroke, Peter Xuereb ta’ Sliema u Michael Johnson ta’ St. Andrews kollha ġew sospiżi logħba.
//= $special ?>