“Hemm bżonn ninsistu fuq il-benefiċċji tal-integrazzjoni u l-pożittiv li toffri l-komunita’ Serba għal Malta”. Hekk intqal fi stqarrija maħruġa dalgħodu mill-komunita’ Serba-Maltija.
L-istqarrija tgħid illi s-Serbi f’Malta jinsabu mħassba minħabba l-istejjer frekwenti ta’ kriminalita’ u vjolenza li fihom qed jissemmew nies mis-Serbja. “Filwaqt li noffru s-sostenn tagħna lill-vittmi, nikkundannaw dawn l-atti minn nies Serbi”.
L-istqarrija diddeplora kull att kriminali li sar, iżda tirrimarka ukoll li bħalissa f’Malta żdied sew l-element ta’ preġudizzju u inġustizzja lejn is-Serbi li jgħixu f’pajjiżna.
//= $special ?>