Lokali

Ultimatum għall-Gvern mit-tobba

It-tobba taw ultimatum ta’ ġimagħtejn lill-Gvern biex isolvi problema dwar ftehim kollettiv ġdid u l-privatizazzjoni ta’ tliet sptarijiet tal-Istat inkella se jaffaċja azzjonijiet industrijali.

It-tobba taw ultimatum ta’ ġimagħtejn lill-Gvern biex isolvi problema dwar ftehim kollettiv ġdid u l-privatizazzjoni ta’ tliet sptarijiet tal-Istat inkella se jaffaċja azzjonijiet industrijali.

Martin Balzan is-Segretarju Ġeneral tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, għamel din it-twissija ilbieraħ meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni f’dan ir-rigward li ilha għaddejja x-xhur.

Il-kwistjoni kollha ddur mal-ftehim kontroversjali li fih il-Gvern għadda tliet sptarijiet tal-istat lil Vitals Global Healthcare.

Ix-xahar li għadda, il-union tat-tobba rreġistrat tilwima industrijali u tat notifika ta’ azzjonijiet, dan għaliex skont hu tentattivi biex il-ħaddiema fi tliet sptarijiet jingħataw garanziji dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol taghhom fallew. Madankollu, l-azzjonijiet kienu ġew posposti minħabba tentattivi biex tissolva l-problema.

Mistoqsi mit-Times of Malta, Martin Balzan qal li għalkemm kien hemm progress fit-taħdidiet iż-żmien qed jiskadi u l-Gvern għadu ma kkomettiex lilu nnifsu li jagħti l-garanziji neċessarji u kruċjali.