Karozza misjuqa minn raġel ta’ 84 sena minn Ħaż-Żebbuġ baqgħet dieħla ġo barikati wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza.
Fil-karozza kien hemm ukoll mara ta’ 82 sena. Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet iż-żewġ anzjani l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tal-persuni involuti f’dan l-inċident għadha mhux magħrufa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:50PM fi Triq Buqana, Rabat.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>