Lokali

“Dan Kummissarju tar-repubblika tal-banana” – Michael Briguglio

Fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu l-opinjonist Michael Briguglio sostna li l-kummissarju tal-Pulizija hu “kummissarju tar-repubblika tal-banana”, dan b’reazzjoni għall-kummenti tal-Kummissarju tal-Pulizija wara li llejla kien żvelat li l-kumpanija Egrant hi tal-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat.

Michael Briguglio kien qed jikkummenta dwar dak li kien żvelat u esprima li hu diżgustat b’dak li qed jiġri u b’dak li kien żvelat.