Lokali

EGRANT: L-Alternattiva Demokratika titlob li tinfetaħ investigazzjoni immedjata

F’reazzjoni immedjata għall-istorja tal-lum dwar il-kumpanija Egrant Inc., id-Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo insista u talab sabiex tinfetaħ investigazzjoni immedjata sabiex ikunu eżaminati l-fatti u d-dokumenti kollha kif ukoll jittieħdu passi kriminali jekk jirriżultaw meħtieġa.

Dan kollu wara li Daphne Caruana Galizia allegat fil-blog tagħha li l-kumpanija Egrant Inc. hija proprjetà tal-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat. Hija sostniet ukoll li din il-kumpanija irċeviet ‘il fuq minn miljun ewro mill-Ażerbajġan.

Tags