Fl-aħħar ħin waqa’ krejn li kien qed jintuża għal xi xogħol ta’ kostruzzjoni fi triq ix-Xiber fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta għal xi raġuni l-krejn għeleb u spiċċa fuq naha waħda. Żewġ ħaddiema li kienu fuq il-post fil-ħin tal-inċident fortunatament ma’ sofrew l-ebda ġrieħi serji. Wieħed mill-ħaddiema ngħata l-assistenza minn tim mediku tal-Isptar għal qatgħa li kellu fuqu u ħaddiem ieħor għal xi ġrieħi li ġarrab.
Fuq il-post kien hemm ukoll ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Pulizija.



