Lokali

Konrad Mizzi b’libell ieħor

Il-Ministru Konrad Mizzi ppreżenta libell ieħor fil-konfront tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan wara li lbieraħ żvelat li kumpanija tat-tifla tal-Mexxej tal-Ażerbajġan, Leyla Aliyev għaddiet flejjes kbar lit-tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Konrad Mizzi talab biex dan il-libell jinstemà b’urġenza. Dan hu libell ieħor minn sensiela ta’ libelli li qed isiru fil-konfront tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jipprovaw iwaqqfuha milli tkompli tiżvela aktar dettalji dwar dan l-iskandlu.