Iż-żewġ aħwa Portugiżi ta’ Fatima, Francisco u Giacinta Marto se jkunu ddikjarati qaddisin nhar it-13 ta’ Mejju li ġej.
Francisco ta’ 11-il sena u Giacinta ta’ għaxar snin mietu ftit snin wara d-dehriet mirakolużi tal-Madonna.
Il-kanonizzazzjoni tal-aħwa se ssir waqt il-vjaġġ apostoliku li l-Papa Franġisku se jkun qed jagħmel ġo Fatima fit-12 u t-13 ta’ Mejju, fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Verġni Marija.
Dalgħodu wkoll, tħababr li fil-15 ta’ Ottubru se jagħmel ukoll qaddis lil Angelo da Acri, patri kapuċċin li fis-seklu 17 u 18 kien ixandar il-Kelma tal-Mulej f’Napli b’lingwaġġ li jifhmu l-poplu. Se jsiru wkoll qaddisin 33 beati mill-Brażil u l-Messiku, li nqatlu minħabba l-promozzjoni tal-fidi.
//= $special ?>