Wara li llejla kien żvelat li l-kumpanija Egrant hija tal-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat, ftit tal-ħin ilu waqt programm speċjali fuq Net Television, meta sar kuntatt mal-Kummissarju tal-Pulizija biex nihdu l-ewwel reazzjonijiet tiegħu dwar dawn l-iżviluppi, il-kummissarju wieġeb no comment.
Meta kien mistoqsi għal aktar minn darba, il-kummissarju tal-Pulizija qal “m’għandi ebda kummenti x’nagħmel” u kompla jirrepeti dan diversi drabi.
Meta l-preżentatur Frank Psaila kompla jistaqsi lill-kummissarju jekk għandux kummenti dwar każ daqstant serju, il-kummissarju kompla jsostni li m’għandux kummenti x’jagħti.
HuWa qata’ l-linja billi qal “grazzi u l-lejl it-tajjeb.”
Intant id-deputat Marlene Farrugia fuq post fuq il-paġna ta’ Facebook qalet dan;
//= $special ?>