Internazzjonali

Pulizija Franċiż jinqatel fi sparatura f’attakk f’Pariġi

Pulizija li kien qiegħed għassa mal-entratura ta’ subway station nqael  kiesaħ u biered filwaqt li uffiċjal ieħor ġarrab ġrieħi serji wara sparatura biswit ix-Champs-Elysee, f’Pariġi.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li wieħed mill-persuni li spara wfuqhom tilef ħajtu wkoll. Kelliem għall-Ministeru tal-Intern Franċiż saħaq li preżentament għadu kmieni biex jiġi konfermat il-mottiv wara dan l-attakk, filwaqt li spjega li tal-anqas kien hemm involuti żewġ aggressuri, b’wieħed minnhom għadu qed jiġi mfittex mill-Pulizija.

Sadanittant iz-zona fil-qalba tal-kapitali Franċiża ġiet evakwata bħala prekawzjoni.

Xhieda fuq il-post sostnew li raw raġel joħroġ minn vettura b’kalashnikov f’idejhom u fetaħ in-nar fuq il-pulizija.

Dan l-attakk, li poġġa momentarjament lil Franza fi stat ta’ emerġenza, wasal tlett ijiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali Franċiża.