Sport Sport Ieħor

Serena Williams se titlef il-kumplament tal-istaġun

Serena Williams

It-tennista Amerikana Serena Williams se titlef il-kumplament tal-istaġun minħabba li se tkun qed tistenna tarbija.

Din l-aħbar tasal tliet xhur wara s-suċċess li kisbet fl-Open tal-Awstralja u b’hekk dan se jkun l-uniku Grand Slam li se tkun rebħet din is-sena.

Williams, li għandha 35 sena mistennija jkollha t-tarbija fix-xitwa li ġejja. Williams, li matul il-ġimgħa li ġejja se tkun qed tokkupa l-post numru wieħed fid-dinja xorta waħda tibqa’ fl-ewwel post jekk tikkompeti f’turnament fi żmien sena milli tkun weldet.

Ta’ min jiftakar li l-eksnumru wieħed fid-dinja Victoria Azarenka kellha tarbija f’Diċembru li għadda u mistennija terġa’ tibda tikkompeti f’Lulju li ġej.