#muscatgate Lokali

FILMAT: Konrad Mizzi u Pilatus Bank: L-ewwel jgħid li ma jafx bih, imbagħad jgħid li ġieli sema bih

Il-Ministru Konrad Mizzi stqarr li hu qatt ma kellu x'jaqsam jew qatt ma daħal ġo Pilatus Bank

Il-Ministru Konrad Mizzi stqarr li hu qatt ma kellu x’jaqsam jew qatt ma kellu relazzjoni ma’ Pilatus Bank. Meta mistoqsi mill-ġurnalisti diversi domandi dwar jekk qattx kellu relazzjoni ma’ Pilatus Bank, jekk qattx kellu laqgħa, jew qatt semgħax bil-bank ta’ Pilatus.

Il-Ministru ċaħad li hu qatt ma’ mar fl-uffiċini ta’ Pilatus Bank. Dan meta NET News kien qabad lill-Ministru Konrad Mizzi ħiereġ mill-binja tal-uffiini ta’ Pilatus Bank f’Ta’ Xbiex.

Dan hu l-istess bank, Pilatus, li ġie użat minn Michelle Muscat, Konrad Mizzi, u Keith Schembri biex daħlu l-flus dil-kumpaniji tagħhom – l-istess uffiċini li lbieraħ filgħaxija s-sid tal-Bank Iranjan inqabad minn NET News ħiereġ bil-bagalji minnhom fis-satra tal-lejl.