#muscatgate Lokali

FILMAT: Muscat inqabad jigdeb: il-kumpanija Egrant reġistrata fl-indirizz ta’ Mossack Fonseca

Illejla waqt il-programm Xarabank il-Prim Ministru gideb darbtejn. Dan meta tkellem dwar id-dokumenti li ppubblikat illejla il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fil-fatt il-Prim Ministru qal li d-dokument huwa falz għaliex l-indirizz tal-kumpanija Egrant jinsab Malta. Iżda l-indirizz li hemm juri l-indirizz ta’ Mossack Fonseca f’Malta.

L-indirizz li ngħata tal-kumpanija Egrant Inc huwa tal-uffiċċju ta’ Brian Tonna. Tonna huwa l-persuna li ffaċilita l-proċess ta’ Egrant Inc. Hija proċedura normali li accountants jużaw l-indirizz tagħhom għal kumpaniji.

Ara x’qal il-Prim Ministru waqt Xarabank fil-filmat t’hawn taħt.

Tags