#muscatgate Lokali

FILMAT: Nistaqsu lill-mara tal-Prim Ministru dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Leyla Aliyeva

Kurt Farrugia jissejjaħ u jmur fil-lukanda fejn qbadna lil Michelle Muscat

Il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat, u skont dak żvelat, is-sid tal-kumpanija sigrieta ‘Egrant’, irrifjutat li tikkummenta dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Leyla Aliyeva, bint il-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev.

Skont rapporti ppubblikati mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, is-sena li għaddiet għaddew somom kbar minn kumpanija sigrieta ta’ Leyla Aliyeva f’Dubaj lejn it-tlett kumpaniji sigrieti fil-Panama: Egrant, Hearnville u Tillgate.

Hearnville hija ta’ Konrad Mizzi, Tillgate hija ta’ Keith Schembri filwaqt li Egrant issa sar magħruf li hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

“Komplu igdbu” kienu l-unika kelmiet li qaltilna l-mara tal-Prim Ministru, hi u ħierġa minn lukanda li kienet fiha waranofsinhar. Filwaqt li ftaħret li għandha s-serenità, Michelle Muscat irrifjutat li tikkummenta dwar il-relazzjoni tagħha ma’ Leyla Aliyeva u kemm-il darba ltaqgħet magħha.

NET News dam ammont ta’ ħin konsiderevoli qabel ma’ ħa l-kummenti tal-mara tal-Prim Ministru. NET News jinsab infurmat li malli l-mara tal-Prim Ministru saret taf li kien hemm crew ta’ NET News jistenniha barra, inħoloq paniku. Tant li fuq il-post issejjaħ il-Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Kastilja Kurt Farrugia.