#muscatgate Lokali

Ħtieġa ta’ Koalizzjoni Nazzjonali Demokratika għall-governanza tajba

In-Network tas-Soċjetà Ċivili li hi platform progressiva għal-soċjetà ċivili qed issejjaħ għall-koalizzjoni nazzjonali demokratika għall-governanza tajba u kontra l-korruzzjoni f’Malta. In-Network qal li l-koalizzjoni trid tinkkludi lill-forzi politiċi kollha u persuni li jixtiequ li jnaddfu lil Malta mill-korruzzjoni.

Fi stqarrija iffirmata minn Michael Briguglio, Monique Agius, Karl Camilleri, Steven Bonello, Patrick Galea, Julian Zammit, Karina Fiorini, Colette Sciberras, Edward Mallia, Michael Piccinino, Joe M. Pace, Anthony T. Mamo, Alex Vella Gera, Daniel Grech, Henry-Franz Gauci u Matthew Agius qalu li istituzzjonijiet dgħajfa u nuqqas ta’ impenn politiku mill-Gvern kontra l-korruzzjoni jista’ jkollu implikazzjonijiet kbar fuq id-demokrazija, l-ekonomija u l-fiduċja soċjali ta’ Malta.

Persuni ta’ rieda tajba għandhom joħorġu għonqhom f’dan il-mument kruċjali għax dan mhux mument għall-pika ta’ politika partiġġjana.