#muscatgate Lokali

Il-kawżi jitwaqqfu minħabba l-Inkjesta Maġisterjali b’urġenza dwar l-iskandlu Egrant

Il-Qorti ħabbret li l-kawżi tal-llum u ta' nhar it-Tnejn li ġej ġew differiti

L-awla tal-Maġistrat Aaron Bugeja ħabbret li l-kawżi kollha tal-llum u ta’ nhar it-Tnejn li ġej, ġew differiti minħabba li se tkun impenjata f’inkjesta urġenti li talab il-Prim Ministru Joseph Muscat wara li lbieraħ Daphne Caruana Galizia żvelat li l-mara tiegħu, Michelle Muscat hi s-sid tal-kumpanija involuta fl-iskandlu tal-Panama Papers – il-kumpanija Egrant.

Ilbieraħ ġie żvelat li l-kumpanija ‘Egrant’ hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat, iżda qabel dan ġie żvelat mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-ġurnata bdiet minn filgħodu turi li kellha tkun waħda mimlija żviluppi dwar l-iskandlu tal-Panama.

Segwi dak kollu li ġie żvelat ilbieraħ hawn:

Dak kollu li ġara lbieraħ dwar il-kumpanija ‘Egrant’ tal-mara tal-Prim Ministru

Tags