Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia pppubblikat l-ewwel provi dwar il-kumpanija sigrieta ‘Egrant’ u dwar il-mod kif din il-kumpanija hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fil-provi li ppubblikat, Daphne Caruana Galizia ippubblikat il-kitba li tidher f’żewġ ‘Declaration of Trust’ maħruġa minn żewġ kumpaniji: Dubro Limited S.A u Aliator S.A. F’dawn l-ittri, dawn iż-żewġ kumpaniji jiddikkjaraw li qed iżommu shares tal-kumpanija Egrant.
Imma l-ittri jmorru pass oltre minn hekk u jgħidu li dawn is-shares tal-kumpanija ‘Egrant’ qed jinżammu f’isem Michelle Muscat nee Tanti, jiġifieri mart il-Prim Ministru Joseph Muscat. Iż-żewġ kumpaniji li qed iżommu x-shares ta’ Egrant f’isem il-mara tal-Prim Ministru jissemmew fil-Panama Papers.
//= $special ?>